top of page
  • Writer's pictureFĊN

L-FĊN tħabbar diversi anniversarji ta’ importanza nazzjonali għas-sena 2019



Imwaqqaf fl-2013, il-Kumitat ta’ Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali (FĊN) għal darb’oħra reġa’ ġie maħtur biex jieħu ħsieb l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet li jfakkru okkażjonijiet ta’ importanza nazzjonali, fosthom l-anniversarji tal-Ħelsien, tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, tas-Sette Giugno u t-tmiem tal-Gwerra Bierda.


“Apparti t-tifsir storiku li jġorru magħhom dawn l-anniversarji, iċ-ċelebrazzjonijiet tagħhom jfakkruna f’importanza nazzjonali, speċjalment minħabba li jikkommemoraw avvenimenti ta’ sinjifikat li ffurmaw lill-pajjiżna u l-identità tagħna,” qal il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici waqt it-tnedija.


“Fl-istrateġija kulturali tagħna, aħna dejjem nippromwovu settur inklussiv, u grazzi għallinvestiment siewi li għamilna, qegħdin nżidu aktar it-tkabbir kulturali b’mod li nersqu aktar lejn ludjenzi permezz ta’ aċċessibbiltà u parteċipazzjoni attiva. Huwa grazzi għal inizjattivi ta’ entitajiet bħal Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali li nkomplu nistgħu nipprovdu lok għal promozzjoni tal-kreattività u parteċipazzjoni fi ħdan il-kultura u l-arti, b’mod li nżommu f’moħħna ġenerazzjonijiet futuri u l-legat kulturali tagħhom,” qal Bonnici.


Ippresedut mill-Professur Oliver Friggieri, il-bord prinċipali ta’ FĊN huwa maħtur sabiex joffri viżjoni għall-kommemorazzjoni ta’ kull anniversarju. Dan il-bord huwa mgħejun minn team tekniku li jikkonsisti minn professjonisti varji li ġie mwaqqaf biex iniedi programm ta’ attivitajiet li l-aħjar jirriflettu l-ispirtu tal-avvenimenti storiċi li qed jiġu ikkommemorati. Waqt li kien qed jitkellem għan-nom ta’ FĊN, ic-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti, Albert Marshall qal li, “hija responsabbiltà tal-FĊN li permezz ta’ attivitajiet kulturali tikkomunika l-importanza ta’ avvenimenti storici li, fost l-oħrajn, nissluna f’nazzjon.”


Il-Fondazzjoni se tikkollabora ma’ bosta entitajiet varji, fosthom Heritage Malta, Teatru Malta u PBS.


Il-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali se ttella’ numru ta’ avvenimenti u inizjattivi għallkommemorazzjoni tal-40 sena anniversarju ta’ Jum il-Ħelsien, li jinkludu edizzjoni ġdida ta’ Ġensna, u dokumentarju li jikkonsisti minn analiżi intelletwali tal-ġrajjiet marbuta ma’ Jum ilĦelsien.


Il-programm ta’ attivitajiet marbut mal-100 sena anniversarju tas-Sette Giugno huwa vast u jinkludi bosta attivitajiet u inizjattivi, fosthom il-pubblikazzjoni ta’ ktieb li jħares lejn il-kawżi u l-effetti talirvellijiet tas-Sette Giugno u lejn l-impatt tagħhom tul iż-żmien, wirja, u produzzjonijiet oħra varji li jinkludu musical b’mużika oriġinali u dokumentarju.

17 views0 comments
bottom of page