top of page
  • Writer's pictureFĊN

PROGRAMM TA' ATTIVITAJIET FL-OKKAŻJONI TAL-FESTA NAZZJONALI TA' JUM IL-ĦELSIEN 2019

Il-Kumitat Festi Nazzjonali iħabbar dawn l-attivitajiet biex jitfakkar l-40 Anniversarju ta’ Jum il-Ħelsien


Is-Sibt 30 ta’ Marzu, 2019

MASSED BAND DISPLAY

10.30 a.m. Wirja Mużikali mill-Banda tal-Forzi Armati u l-Banda tal-Pulizija fi Pjażża San Ġorġ, Valletta.


Il-Ħadd 31 ta’ Marzu, 2019

ĊERIMONJA KOMMEMORATTIVA

  • 09.00a.m. Marċ li jibda minn Triq ix-Xatt ta’ Bormla, Bormla jgħaddi minn Triq San Lawrenz, Birgu sa quddiem il-Monument tal-Ħelsien, Birgu

  • 09.15 a.m. Wasla tal-Banda u l-kontinġent tal-Forzi Armati quddiem il-Monument tal-Ħelsien.

  • 09.20 a.m. Wasla tal-Kmandant tal-Forzi Armati

  • 09.23 a.m. Wasla tal-Kap tal-Oppożizzjoni

  • 09.25 a.m. Wasla tal-Prim Ministru

  • 09.30 a.m. Wasla tal-E.T. il-President ta' Malta L-E.T. il-President ta' Malta tispezzjoni l-Gwardja tal-Unur

  • L-E.T. il-President ta' Malta flimkien mal-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni jitilgħu fuq il-Monument fejn jindaqq l-Innu tal-Ħelsien tindaqq il-Fanfarra u jsir it-tqegħid tal-bukketti.

  • Jindaqq l-Innu Nazzjonali


Il-Ħadd 31 ta’ Marzu, 2019

REGATTA

12.30 p.m. Regatta Tradizzjonali fil-Port il-Kbir organizzata mill-Għaqda Regatta Nazzjonali bl-għajnuna ta’ SportMalta. Ikun hemm tiġrijiet tad-Dgħajjes A tal-Midalji - Frejgatini - Dgħajjes C tal-Pass - Kajjikki - Dgħajjes B tal-Pass fil-Kategoriji Open u dik Reserves. Wara kull tiġrija ssir il-preżentazzjoni tat-tazzi u l-palji tat-tiġrija partikolari. Wara li jispiċċaw it-tiġrijiet kollha ssir preżentazzjoni tax- "Shield" lill-klabb li jikseb l-akbar għadd ta' punti fit-tiġrijiet tal-Kategorija 'Open' u oħra fil-Kategorija ’Reserves’

57 views0 comments
bottom of page