• FĊN

Storja ta’ Sfida – Manoel Dimech Immortalizzat fit-Teatru

Spettaklu mhux ta’ min jitilfu li jibda’ fi tmiem il-ġimgħa!

Din is-sena Malta tfakkar il-mitt anniversarju mill-mewt ta’ Manwel Dimech, personaġġ importantissimu fl-istorja kemm politika kif ukoll litterarja ta’ pajjiżna. Manoel Dimech kien attivist kuraġġuż li għen biex fassal it-triq għall-liberazzjoni ta’ Malta permezz tal-kuraġġ u l-perseveranza tiegħu.


Fil-ġimgħat li ġejjin, il-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali,b’kollaborazzjoni ma’ Teatru Malta, se jidrammatizzaw il-ħajja ta’ Manwel Dimech permezz ta’ produzzjoni teatrali unika li ġġib l-isem ta’ Il-Qfil u l-Ħelsien Skont Manwel Dimech. Dan id-dramm interattiv u immersiv li jitratta dwar il-kolonjaliżmu, il-faqar u l-illitteriżmu mil-lenti ta’ wieħed mill-iktar nies kuraġġużi u reżiljenti ta’ Malta.


Tul dan id-dramm il-viżitaturi ser jimxu qalb il-kurituri tal-Ħabs Militari l-Qadim ta’ Kordin, il-post fejn Dimech qatta’ l-maġġoranza ta’ ħajtu, b’diversi prestazzjonijiet interattivi tul il-perkors. Dan id-dramm jinkludi mużika ta’ Kris Spiteri, kitba u direzzjoni ta’ Victor Jacono, bis-sehem ta’ Joseph Zammit, Bettina Paris, Debbie Scerri, Mark Tonna, Edward Mercieca, Roger Tirazona, u Stephen Oliver. Min jattendi din l-esperjenza unika, żgur mhux ser jinsieha!


Din il-produzzjoni teatrali ser ikollha d-debut tagħha nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Novembru u tkompli għaddejja tul ix-xahar ta’ Diċembru. Titilfuhiex!


Aktar informazzjoni u biex takkwista l-biljetti żur: https://www.fcn.mt/manweldimech

6 views0 comments